Skema 10% Depożitu fuq Konvenju
għax-Xiri ta’ Proprjetà - 2020
1.
Titolu
u l-għan tal-iskema
L-għan tal-Iskema huwa li tgħin persuni li minkejja li huma eliġibbli għal self
fuq djar, ma jkollhomx l-assi meħtieġa biex iħallsu d-depożitu ta' 10% fuq il-konvenju. Id-depożitu ta’ 10% ser jiġi ipprovdut
permezz ta’ personal loan mogħti
mill-Bank u għandu jitħallas fuq 25 sena. L-Awtorità tad-Djar ser tħallas
l-imgħax fuq dan is-self matul it-terminu kollu ta' 25 sena. Il-Bank ser jagħti
self sa massimu ta’ €175,000 sabiex tinxtara proprjetà fi stat finished, jew fi stat shell li tista’ titlesta għal stat
abitabbli iżda dan biss fejn l-ispiża totali tax-xiri u l-finishing ma teċċedix €175,000.
2.
Kundizzjonijiet
tal-iskema
(a)
L-Awtorità tad-Djar tiffinanzja l-imgħax
kollu fuq is-self li jkopri id-depożitu ta’ 10% (massimu €17,500);
(b) Il-Proprjeta’ m'għandhiex teċċedi il-prezz
ta’ €175,000;
(c) Il-Bank ser jagħti ukoll personal loan biex ikopri d-depożitu ta'
10% fuq il-konvenju kif ukoll home loan
biex ikopri 90% oħra tal-prezz li m'għandux ikun aktar minn €157,500;
(d) Is-self fuq id-90% se jkun għal perjodu li
ma jaqbiżx 40 sena jew sakemm l-akbar wieħed mill-applikanti fil-każ joint loan, jilħaq l-età ta' 65 sena -
liema minnhom tiġi l-ewwel;
(e) Il-personal
loan li tkopri d-depożitu ta' 10% għanda titħallas lura lill-Bank fuq
perjodu massimu ta' 25 sena;
(f) L-ebda self ma jinħareġ sakemm il-Bank u
Awtorità jiċċertifikaw li l-applikant jkun kapaċi jħallas iż-żewġ pagamenti fuq
il-personal loan u home loan fl-istess ħin;
(g) L-Awtorità tad-Djar se toffri inċentivi
fiskali lill-applikant li jagħżel li jħallas s-self fuq id-depożitu (personal loan) qabel il-perjodu ta' 25
sena.
Perjodu mit-teħid
tas-self (10%)
|
Skont fuq is-self
tad-depożitu
|
Sa’ ħames snin mit-teħid tas-self
|
5%
|
Bejn 5 snin u 10 snin mit-teħid tas-self
|
2%
|
(h) Il-proprjetà, li għandha
tinxtara mill-applikant, għandha tkun mibnija jew tinbena skont ir-regolamenti
tal bini u l-permessi tal-ippjanar;
(i) Il-proprjetà li tinxtara
taħt din l-iskema għandha tintuża mill-applikant bħala r-residenza ordinarja
tiegħu;
(j) L-applikant għandu jokkupa
il-proprjeta` mixtrija sa mhux aktar tard minn 6 xhur mid-data tal-kuntratt ta’
bejgħ f’każ li tkun fi stat finished;
u sentejn mid-data tal-kuntratt ta’ bejgħ f’każ li tkun fi stat shell;
(k) Sakemm is-self fuq
id-depożitu ma jkunx tħallas lura kollu, l-applikant ma jkunx jista jikri,
jittrasferixxi il-proprjeta’ lil terzi, jagħti l-kunsens tiegħu biex xi terzi
jabitaw f’dan il-post, jizviluppa, jimmodifika jew jikkonverti ebda parti
tal-proprjetà;
(l) Il-faċilità ta' self
għad-dar tingħata biss minn APS Bank plc u Bank of Valletta plc. Id-deċiżjoni
tal-banek f'dan ir-rigward għandha tkun finali;
(m) L-applikant għandu jħallas
is-self kull xahar permezz ta' direct
credit miftuħ mal-Bank għall-kreditu tas-salarju tiegħu;
3.
Metodu
tal-applikazzjoni
(a) L-applikant
għandu jikseb loan quotation
mill-Bank li tindika l-ammont ta' self li huwa jkun intitolat għalih.
(b) L-Awtorità
tad-Djar twettaq l-evalwazzjoni meħtieġa biex tistabbilixxi jekk l-applikant
huwiex eliġibbli li jibbenefika taħt din l-iskema.
(c) La darba
l-proprjetà tkun identifikata mill-applikant dan jista’ jipproċedi bl-iffirma
tal-Konvenju;
(d)
Il-konvenju għandu jinkludi
r-rekwiżiti elenkati fil-kunizzjonijiet tal-iskema;
(e) Id-depożitu fuq il-proprjetà għandu jinżamm
min-Nutar, pagabbli lin-Nutar mill-Awtorità tad-Djar wara l iffirmar
tal-konvenju;
(f) L-Awtorità tad-Djar tħallas lin-Nutar
id-depożitu ta' 10% fi żmien ġimgħatejn minn meta l-Awtorità tirċievi mingħand in-Nutar kopja awtentikata
tal-konvenju firmat mill-istess Nutar;
(g) Id-depożitu
għandu jinżamm min-Nutar u għandu jitħallas lill-Awtorità mall-iffirmar
tal-kuntratt finali;
(h) Il-konvenju
għandu jindika li huwa suġġett għal żewġ loans separati mogħtija mill-Bank -
wieħed għall 10% u l-ieħor għad-90% tal-prezz.
(i) L-applikant
jintrabat li fi żmien xahar wara l-iffirmar tal-konvenju, permeżż tan-Nutar
tiegħu, jissottometti lill-Awtorità tad-Dajr riċerki rigward it-trasferimenti u
passività (Transfer & Liabilities) ta’
kull applikant u dan sabiex
l-Awtorità tad-Dajr tkun tista’ toħroġ l-approvazzjoni finali
tal-applikazzjoni.
(j) Malli
il-Bank jirċievi d-dokumenti neċessarj mill-applikant, il-Bank għandu, jieħu
deċiżjoni finali u dan fit-30 ġurnata, dwar jekk l-applikant għandux
jibbenefika mill-Iskema jew mod ieħor.
(k) Id-deċiżjoni
tal-Bank rigward jekk joħroġx l-ittra ta’ Sanzjoni jew mod ieħor hija finali.
(l) Meta jikkunsidra
l-applikazzjoni tal-applikant, il-Bank għandu jikkonferma li l-applikant huwa
f'pożizzjoni li jħallas lura kemm is-self fuq l-ewwel 10% tal-prezz kif ukoll
is-self fuq il-kumplament tad-90% tal-prezz.
4.
Min
jista’ japplika
Jistgħu
japplikaw għal din l-iskema, dawk il-persuni li fid-data tal-applikazzjoni
tagħhom taħt din l’iskema ikunu:-
(a) bejn il-21 u d-39 sena;
(b) wieħed
mill-applikanti għandu jkollu bejn 21 u 39 sena fid-data tal-applikazzjoni
fil-każ ta' koppji miżżewġa / żewġ persuni li daħlu f'Unjoni Ċivili jew f'każ
ta’ żewġ persuni li japplikaw flimkien;
(c) ġenituri
waħedhom li għandhom tifel / tifla mhux miżżewweġ jew tfal mhux miżżewġin li
jgħixu miegħu;
(d) persuni
waħedhom;
(e) persuni
separati legalment bit-tfal jew mingħajr tfal jgħixu magħhom l-ħin kollu.
5.
Kwalifiki
meħtieġa
Fid-data
tal-applikazzjoni l-applikant f’kull każ irid wkoll jissodisfa dawn
il-kriterji:
(a) Ikun ċittadin Malti jew ċittadin tal-Unjoni
Ewropea. Fil-każ ta’ miżżewġin jew żewġ persuni imsieħba f’Unjoni Ċivili
mhux legalment separati, biżżejjed li parti waħda tkun Maltija/ċittadini
tal-Unjoni Ewropea;
(b) Applikanti
waħidhom (single) u f’każ ta’ żewġ persuni flimkien, miżżewġin jew żewġ persuni
imsieħba f’Unjoni Ċivili, għall-inqas wieħed mill-applikanti għandu jkun
impjegat bi qliegħ full time sa mill-anqas sitt xhur id-data tal-applikazzjoni
tagħhom taħt din l-iskema;
(c) Ikollu dħul
annwu aggregat bażi tas-sena preċedenti tad-data
tal-applikazzjoni u assi li ma jkunux
jeċċedu l-ammonti kif jidher hawn taħt :-
Kategorija
|
Eta’ tal-Applikant
|
Dħul Globali
|
Persuna Waħedha
|
21 sa 30 sena
|
Bejn €19,000 & €25,000
|
Persuna Waħedha
|
31 sa 39 sena
|
Bejn €25,000 & €35,000
|
Koppja
|
21 sa 39 sena
|
Bejn €19,000 & €35,000
|
(d)
L-Applikant
m’għandux ikollu assi kapitali ta’ aktar minn €17,500 li tinkludi proprjeta’.
It-Termini u Kundizzjonijiet tal-Iskema jistgħu jitniżżlu minn hawn - MT - EN
Nizzel kopja tal-Applikazzjoni - MT - EN