Skop tal-iskema
Din l-iskema
tipprovdi benefiċċju fuq il-kera mħallsa fuq residenzi mikrija mill-privat bħala
residenza ordinarja tal-applikant/i sabiex il-kera ssir aktar affordabbli. Dan il-benefiċċju għall-ewwel darba qiegħed
jiġi kkalkulat mhux biss fuq id-dħul tal-applikanti, iżda anke fuq in-nefqa tagħhom
fuq il-kera.
Kriterja ta’ eliġibbiltà
Persuna
tikkwalifika għall-benefiċċju fuq il-kera taħt din l-iskema jekk tissodisfa
dawn il-kriterji:
- l-applikant huwa l-kerrej rikonoxxut mis-sid
tad-dar privata li fuqha qed issir l-applikazzjoni;
- l-applikant ikun diġa’ għamel kuntratt
mas-sid, li jkopri sitt xhur jew aktar jew kuntratt ta’ ċens temporanju li
ma jeċċedix il-21 sena, li għandu
jippreżenta kopja tiegħu lill-Awtorità;
- l-applikant huwa ċittadin ta’ Malta jew
tal-Unjoni Ewropea, jew jgawdi minn stat ta’ refuġjat, minn protezzjoni
sussidjarja jew jipposjedi stat ta’ long
term residence. Fil-każ ta’
miżżewġin mhux separati, biżżejjed li parti waħda tkun Maltija jew
ċittadina tal-Unjoni Ewropea;
- l-applikanti jridu jkunu ilhom residenti
Malta għal mhux anqas minn tmintax-il xahar konsekuttivi, minn qabel
id-data tal-applikazzjoni;
- il-fond li fuqu qed issir l-applikazzjoni
ikun fi stat tajjeb ta’ tiswija u f’kundizzjoni abitabbli;
- l-użu tal-fond bħala residenza ordinarja huwa
skont il-liġi u skont l-obbligi kuntrattwali tal-kirja.
Benefiċċju fuq il-Kera
Il-benefiċċju fuq
il-kera se jkun ibbażat fuq id-dħul annwu kif ukoll il-kera mħallsa
mill-applikanti.
Din it-tabella
tindika d-dħul massimu li jista’ jkollu l-applikant sabiex ikun eliġibbli għal
dan il-benefiċċju, kif ukoll l-ammont massimu ta’ benefiċċju li kull applikant
ikun intitolat għalih:
Kategorija
|
Membri tal-familja
|
Dħul Massimu
|
Benefiċċju Massimu
|
1
|
Persuna Waħedha
|
€ 14,700
|
€ 3,600
|
2
|
Ġenitur Wieħed b’wild wieħed
|
€ 19,050
|
€ 4,800
|
3
|
Ġenitur Wieħed b’żewġ ulied
jew aktar
|
€ 23,400
|
€ 5,000
|
4
|
Żewġ Adulti
mingħajr tfal
|
€ 19,000
|
€ 3,600
|
5
|
Koppja b’wild wieħed
|
€ 23,800
|
€ 4,800
|
6
|
Koppja b’żewġ ulied jew
aktar
|
€ 28,600
|
€ 5,000
|
7
|
Tlett Adulti
jew aktar jgħixu flimkien
|
€ 27,900
|
€ 5,000
|
Dħul annwu totali tal-applikant
Id-dħul annwu aggregat
tal-applikant jinkludi:
- dħul gross minn impjieg, paga u/jew salarju, overtime, pensjoni u/jew benefiċċju soċjali oħra tal-applikanti
(esklużi ċ-Children’s Allowance)
fl-intier tagħhom għas-sena bażi preċedenti;
- id-dħul tal-applikant għas-sena bażi kalendarja minn kapital imħaddem,
bħal depożiti f’banek, shares,
stocks, self, kirjiet, investimenti f’intrapriżi kummerċjali,
investimenti oħra, fil-proprjetà inkluż qliegħ kapitali (capital gains) ;
- mid-dħul gross annwu jitnaqqas kull ammont li persuna separata tħallas
lill-parti l-oħra bħala manteniment.
Metodu ta’ applikazzjoni
Persuna li tikkwalifika
għall-benefiċċju fuq il-kera taħt din l-iskema tista’ tissottometti
applikazzjoni lill-Awtorità waqt il-ġranet u ħinijiet tal-uffiċċju.
L-applikazzjonijiet jistgħu
jinġabru mill-Awtorità tad-Djar fil-Furjana u
mill-fergħa tal-Awtorità tad-Djar f’ Għawdex. Jistgħu ukoll jitniżżlu
Kundizzjonijiet u applikazzjoni
It-Termini u
Kundizzjonijiet tal-iskema jistgħu jitniżżlu minn hawn - MT/EN flimkien mal-Applikazzjoni - MT/EN flimkien mad-Dikjarazzjoni li
tagħti kunsens lill-Awtorità tottjeni informazzjoni addizzjonali fuq
il-klijent.