Restawr ta' Djar Battala

L-Għan tal-Iskema

L-Għotja ta’ Restawr fuq proprjeta’ residenzjali li tkun vojta u ta’ livell mhux aċċetabbli, hija intiża sabiex tħeġġeg sidien ta’ din il-proprjeta’ jinvestu fir-restawr tagħha biex din tiġi mikrija lill-Awtorita’ tad-Djar għal skop ta’ akkomodazzjoni soċjali.

L-Awtorita’ tad-Djar qegħda toffri għotja ta’ darba lis-sidien ta’ proprjeta’ residenzjali vojta.  Meta il-proprjeta’ tiġi irranġata u tajba għall-abitazzjoni, din tiġi mikrija lill-Awtorita’ tad-Djar għall-perjodu ta’ għaxar snin. Minn naħa tagħha, l-Awtorità tad-Djar tikri dawn il-proprjetajiet lill-persuni / familji li huma eliġibbli għall-akkomodazzjoni soċjali, u tkun responsabbli għal ġbir ta’ kirjiet mill-inkwilini prospettivi tagħha. Hija r-responsabbilta’ sħiħa tal-Awtorità tad-Djar li tara li l-inkwilini tagħha jkunu qegħdin isegwu l-kundizzjonijiet tal-kera imposti fuqhom mill-istess Awtorità. Kull sitt xhur, is-sidien jibdew jirċievu il-kera stabbilita’ minn qabel mingħand l-Awtorita’.​

Applikazzjonijiet għall-għajnuna taħt din l-Iskema

(a) Persuna li tikkwalifika biex tapplika taħt din l-iskema għandha timla formola preskritta lill-Awtorita’ biex titlob għajnuna finanzjarja għar-restawr ta’ proprjeta’ vojta u li wara għandha tinkera lill-Awtorita’ għal perijodu ta’ għaxar (10) snin mingħajr xkiel u interruzzjoni;

(b) L-għajnuna mogħtija taħt din l-Iskema tikkonsisti f’għotja sa massimu ta’ ħamsa u għoxrin elf Ewro (€25,000).​ 

Metodu ta’ Applikazzjoni

Persuna​ li tikkwalifika biex tapplika għall-għajnuna taħt din l-Iskema għandha tissottometti applikazzjoni fuq formola preskritta u għandha tirritorna l-istess formola personalment lill-Awtorita’ waqt il-ġranet u il-ħinijiet tal-uffiċċju.

​​​​​​​​​KUNDIZZJONIJIET U APPLIKAZZJONI​

Ikklikkja hawn biex tniżżel il-Kundizzjonijiet - MT​ - EN​​ u l-Formola tal-Applikazzjoni - MT - EN​​

​​​​