SKEMA NEW HOPE SKEMA TA’ GARANZIJA (2021)

SKEMA NEW HOPE SKEMA TA’ GARANZIJA (2021)

Messaġġ ewlieni:            


Qiegħdin nagħtu tama ġdida lil min kien qata’ qalbu li jsir sid ta’ daru

Sensittivi għal bżonnijiet ta’ persuni li jixtiequ jipparteċipaw bis-sħiħ fis-suq tal-proprjetà​

​Kif se taħdem din l-iskema?

  • Individwu jew koppja li jkunu qiegħdin fil-proċess li jixtru dar għall-iskop primarju ta’ residenza għandhom l-ewwelnett ifittxu li jixtru polza tal-assigurazzjoni mingħand kumpannija li toffri l-prodotti ta’ life insurance kif isir normalment meta klijent ikun qiegħed jinnegozja self mingħand bank kummerċjali;
  • F’dawk l-istanzi fejn l-applikazzjonijiet tax-xerrej jew xerrejja jiġu : (i) rifjutati, (ii) posposti għal tnax-il (12) xahar, jew (iii) stmati bi prezz li jkun madwar darbtejn u nofs aktar mill-prezz medju, minħabba kwistjonijiet mediċi jew diżabilità, ix-xerrej ikun jista’ jdur fuq din l-iskema ġdida biex jingħata alternattiva diċenti;                      
  • F’dawk l-istanzi li ġew deskritti fil-paragrafu preċedenti, ix-xerrej jew xerrejja prospettivi għandhom jimlew l-applikazzjoni u jissottomettu d-dokumentazzjoni meħtieġa lill-Awtorità tad-Djar u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b’Diżabilità (“CRPD”);
  • L-Awtorità tad-Djar u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità jipproċessaw l-applikazzjoni b’mod konġunt u joħorġu ċertifikat kif ukoll ittra ta’ rakkommandazzjoni lill-Banek li qed jipparteċipaw fl-iskema biex dawn il-banek ikunu jistgħu jiffinalizzaw il-proċess tas-self lill-dawn l-applikanti;
  • L-applikanti se jkunu qiegħdin jiġu nkoraġġjati jħejju wirt biex jiġu evitati komplikazzjonijiet żejda fil-proċess ta’ wara l-mewt tal-benefiċjarju;
  • Il-garanzija li se tinħareġ mill-Awtorità tad-Djar se tkopri massimu ta’ €250,000 f’self mingħand il-banek parteċipanti, madankollu jekk il-benefiċjarju jirnexxielu jikseb xi forma ta’ garanzija oħra fuq ammont akbar il-Bank jista’ jaċċetta li jislef ammont akbar minn dak stipulat;
  • Il-benefiċjarju se jkun mitlub iħallas miżata ta’ parteċipazzjoni annwali sabiex jagħmel tajjeb għall-ispejjeż tal-iskema, liema miżata se tkun affordabbli u bbażata fuq il-prezzijiet medji fis-suq ta’ premium ta’ polza tal-assikurazzjoni. 

X’jiġri jekk imut benefiċjarju?

Serħan il-moħħ u għażliet konvenjenti lill-qraba tal-benefiċjarju

Jekk benefiċjarju tal-iskema jmut qabel is-self ma jkun tħallas b’mod sħiħ, l-Awtorità tad-Djar sejra tagħmel tajjeb għar-repayments tad-deċedut għal perjodu massimu ta’ tlett xhur mill-mewt tiegħu ħalli l-werrieta tiegħu jkollhom biżżejjed ċans biex jieħdu ħsieb kwalunkwe ħaġa li tqum wara l-mewt u jagħmlu l-aqwa għażla skont iċ-ċirkostanzi tagħhom . 

Madankollu, l-werrieta se jiġu nċentivati li jikkomunikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-Awtorità fi żmien qasir, preferibbilment qabel it-trapass ta’ 3 xhur;

Il-werrieta se jkollhom 3 għażliet:


i.  Jinnegozjaw ftehim ta’ re-mortgaging mal-Bank parteċipant jekk ikunu f’qagħda li jkomplu jħallsu s-self huma minflok id-deċedut, bl-Awtorità li se sservi t’intermedjarju bejn il-partijiet sakemm dan il-ftehim jintlaħaq;jew 

 

ii.  Jbiegħu l-proprjetà u jifdu d-dejn bil-qliegħ li jagħmlu minn tali bejgħ, u b’hekk l-Awtorità u l-Bank joħorġu mix-xena kompletament; jew

 

iii.  Jidħlu f’equity-sharing agreement mal-Awtorità tad-Djar sabiex l-Awtorità tkun tista’ tifdi d-dejn mal-Bank hi fuq l-ammont tas-self li jkun għadu pendenti. Wara li s-self ikun tħallas, l-Awtorità tikseb id-drittijiet li kellu l-Bank fuq dak l-ammont li tkun ħallset hi u tidħol bi sħab mal-werrieta fis-sjieda tal-proprjetà b’mod proporzjonali. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Awtorità sejjer dejjem toffri li tbiegħ il-porzjon tagħha lill-werrieta anke permezz ta’ rati komdi u bla interessi li jitħallsu fuq perjodu twil ta’ snin. Jekk madankollu, l-werrieta qatt ma jaslu biex jixtru l-porzjon tal-Awtorità tad-Djar, huma se jitħallsu ammont ta’ flus bħala korrispettiv għal porzjon tagħhom tal-proprjetà biex l-Awtorità ssir l-unika sid tal-proprjetà. Anke f’dan il-każ, l-Awtorità sejra tassigura li l-werrieta ma jispiċċawx mingħajr saqaf adegwat fuq rashom u sejra tikrilhom il-post b’rati affordabbli sal-aħħar ta’ ħajjithom.​   

Skema sostenibbli li permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Fond Soċjali u Għall-Żvilupp Nazzjonali se tiftaħ bibien ġodda għal mijiet ta’ persuni mingħajr ma jkollha impatt negattiv fuq il-finanzi tal-pajjiż.​ 


It-Termini u Kundizzjonijiet tal-iskema jistgħu jitniżżlu minn hawn - MT​​ - E​N​​​​​​ 

Applikazzjoni - MT​ 

Dikjarazjonijiet NHS Kwestjonarju - Maltese
                           NHS T & L Form - Maltese
                           NHS Jobsplus Job History - Maltese
                           NHS Medical Assessment - Maltese
                           NHS SEPA Payment Auth
                           NHS Formola ta' Kunsens - Maltese​