Investment in the renovation of Villa Bianca to be converted into a school of music for children with autism and disabilities

Reference Number: PR202567, Press Release Issue Date: Dec 14, 2020
 
 
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SOCIAL ACCOMMODATION 

Investment in the renovation of Villa Bianca to be converted into a school of music for children with autism and disabilities

Minister for Social Accommodation Roderick Galdes, together with Chairperson of the Malta Trust Foundation Marie-Louise Coleiro Preca, announced that the government will be financing the renovation works at Villa Bianca in Birkirkara in order to transform it into a school of music for children with autism and disabilities.​

Minister Roderick Galdes explained that this villa was donated to the Malta Trust Foundation and, through the funds allocated from the Scheme for Persons with Disability offered by the Housing Authority, the necessary works will be carried out so as to offer the required environment to these children and young people.

“Villa Bianca will be converted into a specific environment that takes into consideration the particular needs of the beneficiaries. We are going into a lot of detail, from the colour of paint used for the walls to how we will change the open space with concern to the safety of the children and young people who will be learning music in it. It would have been easier to do only the repair and maintenance works needed in this villa, but as we are also doing in specialised housing projects, together with a number of NGOs, we are thinking of the needs of the people who will be making use of these houses as from the beginning.”

Minister Roderick Galdes reiterated that this project shows how the voice of those who approach the government does not fall on deaf ears but turns into a project that addresses their needs.

“Your experiences are the basis of every project we announce. This project is definitely music for the ears of those who have children with autism or disabilities, as well as for those who have someone in the family or friends who know that this school will make a big difference in their lives.”

He concluded saying that; “I have nothing but words of praise for the Malta Trust Foundation led by Marie-Louise Coleiro Preca and I can confidently say that NGOs will always find a shoulder to rely on, an ear ready to listen to their ideas and a helping hand so that such projects are not only created on paper but are also translated into projects.”

The music teachers who will offer their services to this school will be trained by the Resonaari Music School based in Finland, which will pass on the best practices to Malta.

Marie-Louise Coleiro Preca, the Chair of The Malta Trust Foundation, remarked that; “It is truly commendable to note that the Ministry for Social Accommodation is reaching out to NGOs on projects that are intended to provide services to empower young vulnerable children and young people. The Villa Bianca School of Music will definitely empower many children and young people with different abilities to gain a better sense of wellbeing. The Ministry for Social Accommodation will be essentially helping the Malta Trust Foundation to fulfil this important objective through this unique project for Malta and Gozo.”

The Housing Authority’s CEO Leonid McKay outlined the difference that the scheme for persons with disability is making in the lives of these people. “With this scheme we have already changed the lives of about 900 families, from children with disabilities to the elderly. This scheme is changing what was financially impossible for these people to a new reality that allows them to continue living in their home.”

He explained that 2020 resulted into more people becoming eligible to take part in this scheme after an amendment was made to it. “This scheme is reaching more people because today we have broadened the eligibility criteria. We did this because we understood that even if you have a good income, the financial burden of investing in a lift, for example, would still be difficult for these people to buy.”

McKay concluded that this scheme is now also making a difference in the lives of these children and young people who without this investment would not have had a music school designed for their needs.

Villa footage: https://we.tl/t-5jWoEzLi1o

_____________________________________________________________________________________________​

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI

Investiment fir-rinnovar ta’ Villa Bianca biex tinbidel fi skola tal-mużika għal tfal bl-awtiżmu u b’diżabbiltà

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes, flimkien maċ-Chairperson tal-Malta Trust Foundation Marie-Louise Coleiro Preca, ħabbar li l-gvern se jkun qiegħed jiffinanzja x-xogħlijiet ta’ rinnovar f’Villa Bianca f’Birkirkara sabiex tinbidel fi skola tal-mużika għal tfal bl-awtiżmu u b’diżabbiltà.

Il-Ministru Roderick Galdes spjega li din il-villa ngħatat b’donazzjoni lil Malta Trust Foundation, u permezz tal-fondi allokati mill-iskema għall-persuni b’diżabbiltà li tħaddem l-Awtorità tad-Djar, se jsirulha x-xogħlijiet neċessarji biex toffri l-ambjent meħtieġ lil dawn it-tfal u żgħażagħ.

“Din il-villa li ninsabu fiha se tiġi mibdula f’ambjent speċifiku li jħares lejn il-bżonnijiet partikolari tal-benefiċjarji. Meta qed ngħid speċifiku, qed nirreferi għad-dettall liema bħalu li qegħdin nidħlu fih. Mill-kulur użat għall-ħitan sa kif se nibdlu l-ispazju miftuħ biex jaħseb fis-sigurtà tat-tfal u żgħażagħ li se jitgħallmu l-mużika fiha. Kien ikun faċli kieku wieħed jagħmel biss ix-xogħol ta’ tiswija li huwa meħtieġ f’din il-villa, iżda bħalma anke qegħdin nagħmlu fi proġetti ta’ housing speċjalizzat flimkien ma’ numru ta’ NGOs, qegħdin naħsbu fil-bżonn tal-persuni li se jagħmlu użu mid-djar sa mill-bidu.”

Il-Ministru Roderick Galdes tenna li dan il-proġett juri kif il-vuċi ta’ dawk li javviċinaw il-gvern ma taqax fuq widnejn torox iżda tinbidel fi proġett li jindirizza l-bżonnijiet tagħhom.

“L-esperjenzi tagħkom huma l-bażi ta’ kull proġett li nħabbru, b’dan il-proġett partikolari żgur li huwa mużika għal widnejn dawk li għandhom tfal bl-awtiżmu jew diżabbiltà, kif ukoll għal dawk li għandhom xi ħadd fil-familja jew ħbieb tagħhom, li jafu li din l-iskola se tagħmel differenza kbira fil-ħajja tagħhom.”

Huwa kkonkluda jgħid li, “M’għandix ħlief kliem ta’ tifħir għall-Malta Trust Foundation immexxija minn Marie-Louise Coleiro Preca, u nsostni li l-NGOs dejjem se jsibu spalla li jserrħu fuqha, widna lesta biex tisma’ l-ideat tagħhom u id ta’ għajnuna biex proġetti bħal dawn ma jibqgħux fuq il-karta iżda jissarrfu fi proġetti imprezzabbli bħal dawn.”

L-għalliema tal-mużika li se joffru s-servizz tagħhom f’din l-iskola se jiġu mħarrġa mill-iskola tal-mużika Resonaari bbażata fil-Finlandja, li se jgħaddu l-aqwa prattiċi lil Malta.

Marie-Louise Coleiro Preca, iċ-Chairperson tal-Malta Trust Foundation, saħqet li, “Huwa tassew ammirevoli l-fatt li l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jilħaq l-NGOs fuq proġetti li huma ntiżi li jipprovdu servizzi biex jagħtu għajnuna lil tfal u żgħażagħ vulnerabbli. L-Iskola tal-Mużika Villa Bianca se tagħti għajnuna lil ħafna tfal u żgħażagħ b’abilitajiet differenti biex jiksbu żvilupp aħjar. Il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali se jkun qiegħed jgħin primarjament lill-Malta Trust Foundation biex twettaq dan l-għan importanti permezz ta’ dan il-proġett uniku għal Malta u Għawdex.”

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay fakkar fid-differenza li qiegħda tagħmel l-iskema għal persuni b’diżabbiltà. “B’din l-iskema diġà biddilna l-ħajja ta’ madwar 900 familja, minn tfal b’diżabbiltà għal anzjani, din l-iskema qiegħda tibdel dak li kien finanzjarjament impossibbli għal dawn il-persuni għal realtà ġdida li tippermettilhom jibqgħu jgħixu fid-dar tagħhom.”

Huwa spjega li s-sena 2020 fissret emenda f’din l-iskema li permezz tagħha aktar persuni saru eliġibbli. “Din l-iskema llum qiegħda tilħaq aktar nies għaliex wessajna l-kriterja ta’ eliġibbiltà. Dan għamilnih għaliex fhimna li anke jekk għandek dħul tajjeb, il-piż finanzjarju li per eżempju jġorr miegħu lift xorta waħda jkun diffiċli għalihom li jixtruh.”

McKay ikkonkluda jgħid li din l-iskema issa qed tagħmel ukoll id-differenza fil-ħajja ta’ dawn it-tfal u żgħażagħ li mingħajr dan l-investiment ma kienx ikollhom skola tal-mużika ddisinjata għall-bżonnijiet tagħhom.

Filmati tal-Villa: https://we.tl/t-5jWoEzLi1o