STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TAD-DJAR

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TAD-DJAR

Reference Number: PR202588, Press Release Issue Date: Dec 15, 2020
 
 
STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TAD-DJAR
 
B’referenza għall-inċident li seħħ dalgħodu fi Triq Melintone Scerri fil-Ħamrun, li fih appartament fi blokka ta’ housing soċjali nħakem min-nirien, uffiċjali tal-Awtorità tad-Djar marru immedjatament fuq il-post u ħadmu flimkien mal-awtoritajiet konċernati biex jassiguraw li tingħata l-assistenza neċessarja lil kull familja milquta.

L-Awtorità tad-Djar offriet akkomodazzjoni temporanja lill-familji, li skont il-pariri tal-esperti ma jistgħux jgħixu fl-appartament tagħhom sakemm isiru x-xogħlijiet neċessarji li se jkunu qed isiru mill-Awtorità hekk kif il-blokka konċernata hija proprjetà tal-gvern mikrija lil dawn il-familji.

L-Awtorità se tibqa’ f’kuntatt ma’ kull familja u se tkompli ssegwi l-każ sabiex tassigura li toffrilhom kull assistenza li jkunu jeħtieġu.

L-Awtorità kienet ukoll f’kuntatt kontinwu mal-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes li qed isegwi l-aħħar żviluppi dwar il-każ.