Jiġi ppubblikat l-ewwel studju li analizza l-profil tal-applikanti għall-housing soċjali

Jiġi ppubblikat l-ewwel studju li analizza l-profil tal-applikanti għall-housing soċjali

Reference Number:  PR210430 , Press Release Issue Date: Feb 26, 2021
 

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SOCIAL ACCOMMODATION

The first published study analysing the profile of social housing applicants

For the first time, Malta will have a clear picture of its social housing applicants, through a study entitled ‘Profiling social housing applicants - Individuals applying for an alternative accommodation’, published by the Housing Authority which sought to understand and analyze the reasons why a person applies for social accommodation. The study clearly indicates that the need for social housing stems from the roots of other challenges and that it would not be enough to simply provide a family with a roof over its head.

Minister for Social Accommodation Roderick Galdes, in a speech delivered at a conference which brought together representatives of different entities under one roof, explained that for too many years the housing sector in our country has been offering a one-size-fits-all solution for different needs.

“From the very beginning of our work in this delicate sector, we realized that before we truly understand who the people on the social housing list were, we could not introduce measures that would make a difference in the lives of these families. Without being put in a context or at least being given some sort of story line, numbers alone could only cause confusion. That is why, once again, we have entrusted researchers and social academics to carry out this study, which is the first of its kind in our country.”

Minister Roderick Galdes explained how this study will serve as an indispensable guide which is meant to ensure that every decision taken is an informed one.

We are speaking about peoples’ lives, therefore we must rely on research and evidence to achieve lasting results. In fact, based on the preliminary results, we have already designed several schemes that address the needs emerging from this study. These include a stronger private rental housing benefit and the 10% deposit on promise of sale for the purchase of a property scheme. This research has helped us change the way we do social policy.”

For his part Dr Vincent Marmara, a statistician and lecturer at the University of Malta, explained and presented the quantitative results of this study.

About two-thirds of the applicants are single parents, wherein women are the predominant cohort. In fact, 75% of the applicants are all women. Roughly, the age of 54% of the applicants ranges between 26 and 45 years. Out of all the applicants, 39% are unemployed, approximately 29% have a full-time job and around 10% are employed on a part-time basis. From all the participants in this study, their average income is of €755 per month, whereas those living only on social benefits have an income of about €530 per month.

Dr Maria Brown, a sociologist and lecturer at the University of Malta presented the qualitative part of this study. She argued that this study on social housing applicants which incorporated both qualitative and quantitative research methods is an achievement not only in this field locally but also on an international level.

The link between owning a home and the Maltese culture has become very clear. Diversity between applicants also emerged even where numerically they are of the same category. For example, we have discovered that there are applicants who consider alternatives to what is traditionally understood as ‘government owned residences. We discovered more diversity: some of the applicants are parents and/or going through separation or divorce and/or are expecting a baby. Therefore, the deep-rooted problems of people going through these transitions will not be solved in a sustainable way by just giving them a home.”

Dr Brown concluded that the diversity and transitions that have emerged deserve to continue being researched beyond electoral cycles and with inter-ministerial initiatives and in collaboration with civil society.

In the closing speech, the Housing Authority CEO Leonid McKay spoke about how research has become the authority’s right hand.

As a Housing Authority, two weeks ago we published the statistics of our first year as regulator of the private rent market  as well as appointed an observatory that will prepare a detailed report on the private rental market in Malta. Today, we have published the profiling of all the social housing applicants. This is not just another ordinary research exercise; this research initiative went inside the residences where these people are currently living in and their wish to apply for social housing was given a context. We started implementing the results from the first conclusions of this research initiative in real-time. This study also confirms what we have been saying for the last few years, that giving accomodation might not be enough. We must continue addressing the roots of the challenges related to social accommodation.”

He concluded by saying that a study that remains only on print will not serve its purpose. This research inspired the Housing Authority to design new social housing units projects whose number of rooms were based on the results of the profiling of the applicants.​


_____________________________________________________________________________________________​

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI

​Jiġi ppubblikat l-ewwel studju li analizza l-profil tal-applikanti għall-housing soċjali

Għall-ewwel darba Malta għandha stampa ċara tal-applikanti għall-housing soċjali. Dan permezz tal-istudju ‘Profiling social housing applicants – individuals applying for an alternative accommodation’, li ġie ppubblikat mill-Awtorità tad-Djar li fehem u analizza r-raġunijiet għalfejn persuna applikat għall-housing soċjali. Dan l-istudju jindika b’mod ċar li l-bżonn għall-housing soċjali jinbet minn għeruq ta’ sfidi oħra u li ma jkunx biżżejjed li familja tingħata biss saqaf fuq rasha.

Fl-indirizz tiegħu waqt konferenza li ġabet flimkien rappreżentanti ta’ entitajiet differenti taħt saqaf wieħed, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes spjega li għal wisq snin is-settur tal-akkomodazzjoni f’pajjiżna kien qiegħed joffri soluzzjoni waħda għal bżonnijiet differenti.

“Mill-bidu nett tal-ħidma tagħna f’dan is-settur delikat, fhimna li qabel nifhmu min huma n-nies fuq il-lista ta’ stennija għall-housing soċjali ma stajniex nintroduċu miżuri li jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ dawn il-familji. In-numri waħedhom, mingħajr ma jitpoġġew f’kuntest u jingħataw wiċċ u storja setgħu jqanqlu biss konfużjoni. Kien għalhekk, li għal darb’oħra fdajna f’idejn ir-riċerkaturi u l-akkademiċi soċjali biex iwettqu dan l-istudju li hu l-ewwel tat-tip tiegħu f’pajjiżna.”

Il-Ministru Roderick Galdes spjega li dan l-istudju qiegħed iservi ta’ gwida indispensabbli li qed tassigura li kull deċiżjoni li tittieħed tkun waħda infurmata.

“Qegħdin nitkellmu fuq il-ħajja tan-nies u għalhekk irridu nimxu mar-riċerka u mal-evidenza biex niksbu riżultati dejjiema. Fil-fatt, abbażi tar-riżultati preliminari li kellna diġà fassalna diversi skemi li jindirizzaw il-bżonnijiet li ħarġu minn dan l-istudju. Fosthom benefiċċju tal-kera aktar b’saħħtu u l-iskema ta’ 10% depożitu fuq konvenju għax-xiri tal-proprjetà. Hija l-informazzjoni riċerkata li għenitna nibdlu l-mod li bih nagħmlu l-politika soċjali”.

Dr Vincent Marmara, statistiku u lettur fl-Università ta’ Malta, spjega r-riżultati kwantitattivi ta’ dan l-istudju.

“Madwar tnejn minn kull tlieta applikant huma single parents, bi predominanza ta’ nisa. Infatti 75% tal-applikanti huma kollha nisa. Madwar 54% tal-applikanti għandhom età ta’ bejn 26 u 45 sena. Minn fost l-applikanti kollha, 39% huma bla impjieg, madwar 29% għandhom impjieg full-time u madwar 10% impjieg part-time. Minn fost il-parteċipanti kollha ta’ dan l-istudju d-dħul medju tagħhom huwa ta’ €755 fix-xahar, mentri fost dawk li qegħdin jgħixu fuq il-benefiċċji soċjali biss għandhom madwar €530 fix-xahar.”

Dr Maria Brown, soċjologa u lettur fl-Università ta’ Malta, ippreżentat il-parti kwalitattiva ta’ dan l-istudju. Hija sostniet li studju dwar l-applikanti għall-akkomodazzjoni soċjali li jinkorpora riċerka kwalitattiva flimkien ma’ dik kwantitattiva hija kisba f’dan il-qasam anke fuq skala internazzjonali.

“Ħareġ ħafna n-ness li hemm bejn li tkun sid ta’ darek u l-kultura Maltija. Ħarġet ukoll id-diversità bejn l-applikanti anke fejn numerikament dawn ikunu tal-istess kategorija. Pereżempju, skoprejna li hemm applikanti li jikkunsidraw alternattivi għal ‘post tal-gvern’ kif jinftiehem tradizzjonalment. Skoprejna aktar diversità: hemm minnhom ġenituri u/jew għaddejjin minn separazzjoni jew divorzju u/jew qed jistennew tarbija. Għalhekk, persuni li għaddejjin minn tranżizzjonijiet jew problemi li għandhom għeruq fondi li mhux se ssolvihom b’mod sostenibbli billi bniedem tagħtih biss dar; anzi jista’ jkun li hekk wieħed jaħbi s-sitwazzjoni aktar milli jindirizzaha.”

Dr Brown temmet tgħid li d-diversità u t-tranżizzjonijiet li ħarġu jixraqilhom li r-riċerka tkompli lil hinn minn ċikli elettorali u b’inizjattivi interministerjali u b’kollaborazzjoni mas-soċjetà ċivili.

Fid-diskors tal-għeluq, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay tkellem dwar kif ir-riċerka saret l-id il-leminija tal-Awtorità.

“Fi żmien ħmistax, bħala Awtorità tad-Djar ippubblikajna l-istatistika tal-ewwel sena tagħna bħala Regolatur tas-Suq tal-Kirjiet privati kif ukoll ħtarna osservatorju li se jħejji rapport dettaljat dwar is-suq tal-kirjiet privati f’Malta u llum ippubblikajna l-eżerċizzju ta’ profiling tal-applikanti kollha għall-akkomodazzjoni soċjali. Din mhijiex riċerka kwalunkwe, din hija riċerka li marret fil-post li qed jgħixu fih dawn in-nies biex tajna ħajja l-applikazzjoni tagħhom. Riżultati ta’ riċerka ħajja li bdejna nimplimentaw dak li tirrakkomanda mill-ewwel konklużjonijiet. Dan l-istudju ċċertifika wkoll dak li ilna nsostnu tul l-aħħar snin li tagħti ċavetta u saqaf mhuwiex biżżejjed. Irridu nkomplu nindirizzaw l-għeruq li minnhom qegħdin jinbtu l-isfidi marbuta mal-akkomodazzjoni”.

Huwa kkonkluda li studju li jibqà biss stampat iswed fuq l-abjad ma jkunx isarraf l-għan tiegħu. Din ir-riċerka diġà nebbħet id-deċiżjonijiet tal-Awtorità tad-Djar fosthom fit-tfassil tal-proġetti ta’ units ġodda ta’ housing soċjali li n-numru ta’ kmamar tagħhom ġie bbażat fuq ir-riżultati tal-profil tal-applikanti.