L-Awtorità tad-Djar qiegħda tfittex li timpjega persuna motivata biex timla l-pożizzjoni msemmija fuq bażi ta’ kuntratt indefinit.
L-impjegat reklutat għandu jaħdem f'tim u se jiġi assenjat dmirijiet relatati mal-kontabilità u l-finanzi fit-Taqsima tal-Kontijiet fi ħdan id-Dipartiment tal-Finanzi.
L-applikant irid ikun jista’ jaħdem b’mod indipendenti, kollaborattiv u f’ambjent dinamiku. Huwa meħtieġ li l-applikant ikollu l-kapaċità li jipprijoritizza x-xogħol u li jaħdem fuq xogħol differenti fl-istess waqt, b'mod effettiv. Din il-pożizzjoni hija magħmula għal individwi b’impenn qawwi għall-ħidma f’tim, it-tmexxija u l-kooperazzjoni u l-kapaċità li jaħdmu u jimmaniġġjaw l-impjegati tal-Awtorità.
Jekk jogħġbok agħfas hawn biex tniżżel il-pożizzjoni.