Tisbiħ u Titjib

Tisbiħ & Titjib

Li tibni "stock" ġdid ta' akkomodazzjoni soċjali huwa mportanti ħafna imma daqstant huwa mportanti li tara li l-"istock" eżistenti jibqa' jiġi ndukrat u mhux injorat.

Il-kliem li nstema'  l-aktar f'wieħed mid-diskorsi tas-CEO tal-Awtorità tad-Djar fis-sena 2021. Matul is-snin il-bini tal-Awtorità tad-Djar ġie ttraskurat b'xogħol u manutenzjoni minimi ħafna li saru. Din il-fehma nbidlet drastikament f'dawn l-aħħar snin b'għadd ta' proġetti fis-sena biex jiġi rranġati l-istokk attwali ta' residenzi li huma proprjetà tal-Awtorità tad-Djar.

It-tisbiħ isir għal diversi raġunijiet bħal biex isiru tiswijiet strutturali; ittejjeb il-kundizzjoni tal-partijiet komuni u tirranġa l-faċċati. 

Bħala medja l-Awtorità qed tirranġa 'il fuq minn 40 blokka ta' appartamenti kull sena.·· Il-blokki jintgħażlu permezz ta' programm sistematiku biex jassigura li l-ebda blokka tad-djar ma tibqa' barra.

Tisbiħ & Titjib
Tisbiħ & Titjib
Tisbiħ & Titjib
Tisbiħ & Titjib
Tisbiħ & Titjib
Tisbiħ & Titjib
Tisbiħ & Titjib
Tisbiħ & Titjib
Tisbiħ & Titjib
Tisbiħ & Titjib
Tisbiħ & Titjib
Tisbiħ & Titjib
Tisbiħ & Titjib