Skema ta' Self Soċjali

Skema ta' Self Soċjali

L-għan tal-Iskema

L-Awtorità tad-Djar, b'kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta, l-APS Bank u l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, se tkun qed tipparteċipa fi skema biex tgħin persuni jixtru proprjetà għall-użu residenzjali u personali u b'hekk isiru sidien ta' darhom.

 

L-ammont totali ta' self, fejn applikabbli, ikopri d-depożitu relatat max-xiri tal-proprjetà. Barra minn hekk, l-Awtorità se tassisti lill-applikanti billi tagħtihom sussidju ta' kull xahar fuq il-ħlas lura tas-self lill-bank.

>18Y

L-età tal-applikant

€21.9k

Dħul massimu annwali

<€23k

Assi tal-applikanti

€140k

Valur massimu tad-dar