L-Iskema ta’ Self Soċjali tassisti lill-applikanti li, minħabba d-dħul tagħhom, ma jistgħux jixtru residenza jew jiksbu self tad-djar waħedhom mingħajr l-appoġġ tal-Housing Authority. F’kollaborazzjoni mal-APS Bank, il-Bank of Valletta, u l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Benessri Soċjali, din l-iskema tgħin lin-nies jiksbu proprjetà għal użu residenzjali u personali, u b’hekk isiru sidien tad-djar.
Il-banek parteċipanti joffru self sa €140,000 biex tinxtara proprjetà fi stat lest u abitabbli. Fejn applikabbli, is-self jista’ jkopri wkoll id-depożitu meħtieġ għax-xiri tal-proprjetà. Barra minn hekk, l-Awtorità tappoġġja lill-applikanti billi tipprovdi sussidju ta’ kull xahar għall-ħlasijiet lura tas-self. Biex jikkwalifikaw għal din l-iskema, l-applikanti m’għandhomx ikollhom assi li jaqbżu t-€23,300 u dħul li ma jaqbiżx l-€20,232.36 għal individwi waħedhom, €21,232.36 għal ġenituri waħedhom, u €22,232.36 għal koppji.
>18Y
Età tal-applikant
€22.2k
Dħul annwali massimu
<€23k
Assi tal-applikanti
€140k
Valur massimu tad-dar