Għotja fuq l-Ewwel Residenza

L-Iskema ta’ Għotja fuq l-Ewwel Residenza tipprovdi appoġġ finanzjarju lil xerrejja għall-ewwel dar malli jlestu l-ewwel dar tagħhom billi tkopri perċentwal tal-irċevuti fiskali sottomessi għal xogħlijiet ta’ rfinar jew kostruzzjoni.  

Taħt din l-iskema, l-applikanti jistgħu jirċievu għotja sa €5,824, b’€1,165 addizzjonali disponibbli għal xogħlijiet imwettqa fuq proprjetajiet mibnija mill-inqas 15-il sena qabel ma tiġi sottomessa l-applikazzjoni.

Sidien ta’ l-ewwel residenza li jeħtieġu jibnu kmamar addizzjonali jew jagħmlu alterazzjonijiet fil-propjetà tagħhom minħabba żieda fil-membri tal-familja jistgħu japplikaw ukoll. 

>18Y

Età tal-applikant

Il-proprjetà trid tkun l-ewwel residenza

2X

L-għotja titħallas f'żewġ pagamenti

€5.8k

Għotja massima