Il-Missjoni tal-Awtorità tad-Djar
Li tipprovdi u ssostni opportunitajiet deċenti ta’ akkomodazzjoni soċjali u affordabbli , li tippromwovi l- istabbiltà u tappoġġja l-mobilità soċjali

Mill-11 ta’ Ottubru
1976
Il-Vjaġġ tagħna
L-Awtorità tad-Djar ġiet stabbilita fil-11 ta’ Ottubru, 1976, bl-Att XV tal-1976, magħruf aħjar bħala l-Att tal-Awtorità tad-Djar. L-Awtorità
topera taħt il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u kkontribwixxiet biex tissaħħaħ is-soċjetà Maltija sa mit-twaqqif tagħha.
L-uffiċċji tal-Awtorità tad-Djar bħalissa jinsabu fi Triq Pietro Floriani, il-Furjana, wara li ġew rilokati fl-1991 mill-Berġja de Bavière. Wara l-amalgamazzjoni tad-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u d-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u l-Manutenzjoni tad-Djar, l-Awtorità kompliet tikber u żiedet aktar uffiċċji fil-Furjana biex tkun tista' taqdi dmirijietha u l-operat, li kull ma jmur dejjem ikomplu jikbru.
B'approċċ ħolistiku, l-Awtorità toffri diversi inizjattivi u inċentivi maħsuba biex itejbu l-kwalità tal-ħajja filwaqt li jiżguraw futur aħjar għall-komunitajiet Maltin. Permezz tal-iskemi ta’ affordabbiltà, l-Awtorità għad-Djar tassisti aktar minn 12,000 familja kull sena, u taħdem bi sħiħ biex issostni l-kultura b’saħħitha biex il-familji Maltin isiru sid darhom, statistika li issa kibret għal 85%. Barra minn hekk, l-Awtorità hija r-regolatur ewlieni tas-suq residenzjali privat ta’ Malta, u tissorvelja aktar minn 66,000 kuntratt irreġistrat kull sena.
Il-viżjoni tal-Awtorità tad-Djar hija mmexxija minn approċċ ibbażat fuq l-intelliġenza, involviment attiv tal-partijiet interessati, u impenn għat-trasparenza permezz ta’ għarfien aġġornat li tikseb mis-settur lokali tad-djar. Il-pubblikazzjonijiet tar-riċerka tagħha u d-dashbords aċċessibbli pubblikament jgħinu fil-monitoraġġ effettiv tas-sitwazzjoni attwali tas-suq, li jippermetti lill-Awtorità tidentifika u tindirizza kwalunkwe nuqqas, skont il-ħtieġa. It-trasformazzjoni diġitali kontinwa flimkien ma' dawn l-isforzi, twassal l-informazzjoni f’ħin reali, tissimplifika s-servizzi u b'hekk isiru aktar effiċjenti u ta’ kwalità għolja, filwaqt li twassal għal soluzzjonijiet, bħall-proġetti speċjalizzati ta’ akkomodazzjoni.
Iltaqa' mal-
