Rinnovazzjoni ta' Partijiet Komuni

B’kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali, il-Housing Authority toffri għotjiet sa €6,000 lil kerrejja ta’akkomodazzjoni soċjali għar-rinnovament ta’ partijiet komuni permezz tal-iskema ‘Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi’. Biex jibbenefikaw minn din l-iskema, il-kerrejja għandhom jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti u jikkuntattjaw direttament lill-kunsill lokali tagħhom.