Il-Programm ta’ Riġenerazzjoni tal-Faċċati hija inizjattiva kontinwa mmirata lejn ir-riġenerazzjoni tal-faċċati tal-blokok tal-akkomodazzjoni soċjali. Mill-2018, il-Housing Authority talloka baġit annwali biex gradwalment tirrestawra l-faċċati kollha, filwaqt li tipprijoritizza l-blokok kull sena abbażi tal-firxa tad-deterjorament tagħhom.