Rinnovazzjoni ta' Blokok ta' Akkomodazzjoni Soċjali

"Il-bini ta' unitajiet ġodda ta' akkomodazzjoni soċjali huwa essenzjali... iżda huwa daqstant importanti li jinżammu dawk eżistenti"

Il-Programm ta’ Rinnovazzjoni tal-Oqsma tad-Djar huwa inizjattiva kontinwa mill-Awtorità tad-Djar iffukata fuq iż-żamma u l-modernizzazzjoni tal-istokk tad-djar eżistenti tagħha biex tilħaq l-istandards attwali.   Dan il-programm jinkludi xogħlijiet bħal tiswijiet strutturali, titjib f’żoni komuni, u r-rinnovazzjoni tal-faċċati.   Kull sena, l-Awtorità tad-Djar tirrinova medja ta’ aktar minn 40 blokka, billi tagħżel kull blokka permezz ta’ approċċ sistematiku u pluriennali biex tiżgura li l-ebda blokka tad-djar ma tibqa’ f’kundizzjoni substandard.