L-Awtorità tad-Djar ittemm il-kuntratt mal-kuntrattur fuq proġett residenzjali fis-Siġġiewi

Stqarrija għall-Istampa tal-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2026

 

L-Awtorità tad-Djar iddeċidiet li tipproċedi bit-terminazzjoni tal-kuntratt mal-kuntrattur responsabbli għall-kostruzzjoni ta’ blokk residenzjali ġdid fiż-żona ta’ Wied Ħesri fis-Siġġiewi.

Il-proġett kellu jitlesta f'Lulju 2026. Madankollu, l-Awtorità tad-Djar kienet ripetutament ġibdet l-attenzjoni tal-kuntrattur għan-nuqqas ta' progress fix-xogħlijiet u n-nuqqas ta' segwitu tal-istruzzjonijiet mill-periti u l-maniġers tal-proġett responsabbli għall-proġett, Housing Projects Solutions Ltd. Talbiet għal pagamenti addizzjonali mressqa mill-kuntrattur ġew verifikati wkoll b'mod indipendenti u nstab li ma kinux dovuti.

L-Awtorità tad-Djar se tkompli tissalvagwardja l-fondi pubbliċi u tinsisti fuq ir-responsabbiltà fit-twettiq tal-proġetti tagħha. Il-kuntratturi huma meħtieġa jonoraw l-impenji li jieħdu u fejn jonqsu milli jagħmlu dan, l-Awtorità se tieħu azzjoni.

L-Awtorità se tkompli tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura li dan il-proġett jimxi 'l quddiem, b'impenn li twassal governanza b'saħħitha għal akkomodazzjoni ta' kwalità, għall-benefiċċju tar-residenti u l-komunità.

Proġetti ta' Akkomodazzjoni Soċjali f'Malta mill-Awtorità tad-Djar