L-Awtorità tad-Djar tilqa’ offerti permezz ta’ sejħa għall-offerti mingħand il-pubbliku għall-Bejgħ taż-Żona tal-Ħamrija ta’ Tale Quale
Agħfas Hawnhekk Għal Aktar Informazzjoni
Agħfas il-ħolqa ta' Hawn Taħt għall-Pjanijiet:
Il-porzjon diviż fil-livell tal-ewwel sular, li jikkonsisti fi spazju mibni, li jkejjel madwar żewġ punti tliet metri kwadri (2.13m'), li jinkludi żona interna li tkejjel madwar wieħed punti tmien metru kwadru (1.81m*), u żona esterna li tkejjel madwar żero punti tlieta tnejn metri kwadri (0.32m'), u li jifforma parti mill-appartament li jinsab fil-livell tal-ewwel sular, internament innumerat tnejn (2), sovrastanti u sottostanti proprjetà ta' terzi, li jifforma parti minn blokk ta' bini li għandhom daħla komuni bin-numru uffiċjali mija u ħamsa u sittin (165) u bl-isem 'Ta' Martin Mansions', fi Triq San Martin, Żurrieq, liema blokk huwa mibni fuq il-plot numru tnejn (2) tal-art magħrufa bħala 'Ta' Sant Agatha'.
L-offerti jagħlqu fis-26 ta' Ġunju 2026 fl-10:00am. Il-persuna li tingħata l-offerta jkollha tħallas 10% tal-ammont offrut jekk il-kuntratt ma jiġix iffirmat.
Miżata ta' €50 għad-dokumenti tal-offerta.
Dan l-avviż huwa suġġett għad-dritt ta’ rifjut preferenzjali.
L-Awtorità tad-Djar tirriżerva d-dritt li tirrifjuta kwalunkwe offerta anke jekk tkun l-aktar vantaġġjuża.