TENDER GĦALL-BEJGĦ TAŻ-ŻONA TAL-ĦAMRIJA TALE QUALE – Żurrieq – Ġunju 2026

L-Awtorità tad-Djar tilqa’ offerti permezz ta’ sejħa għall-offerti mingħand il-pubbliku għall-Bejgħ taż-Żona tal-Ħamrija ta’ Tale Quale

Agħfas Hawnhekk Għal Aktar Informazzjoni

Agħfas il-ħolqa ta' Hawn Taħt għall-Pjanijiet:

Reklamar 11/2026

Il-porzjon diviż fil-livell tat-tieni sular, li jikkonsisti fi spazju mibni, li jkejjel madwar żewġ punt tliet metri kwadri ( 2.13m2 ), li jinkludi żona interna li tkejjel madwar wieħed punt tmien metru kwadru ( 1.81m2 ), u żona esterna li tkejjel madwar żero punt tlieta tnejn metri kwadri ( 0.32m2 ), u li tifforma parti mill-appartament li jinsab fil-livell tat-tieni sular, internament innumerat tlieta (3), li jkopri u jgħatti proprjetà ta' terzi, li tifforma parti minn blokk ta' bini li għandhom daħla komuni bin-numru uffiċjali mija u ħamsa u sittin (165) u bl-isem 'Ta' Martin Mansions', fi Triq San Martin, Żurrieq, liema blokk huwa mibni fuq il-plot numru tnejn (2) tal-art magħrufa bħala 'Ta' Sant Agatha'.

L-offerti jagħlqu fis-26 ta' Ġunju 2026 fl-10:00am. Il-persuna li tingħata l-offerta jkollha tħallas 10% tal-ammont offrut jekk il-kuntratt ma jiġix iffirmat.

Miżata ta' €50 għad-dokumenti tal-offerta.

Dan l-avviż huwa suġġett għad-dritt ta’ rifjut preferenzjali.

L-Awtorità tad-Djar tirriżerva d-dritt li tirrifjuta kwalunkwe offerta anke jekk tkun l-aktar vantaġġjuża.