L-Awtorità tad-Djar tilqa’ offerti permezz ta’ sejħa għall-offerti mingħand il-pubbliku għall-Bejgħ taż-Żona tal-Ħamrija ta’ Tale Quale
Agħfas Hawnhekk Għal Aktar Informazzjoni
Agħfas il-ħolqa ta' Hawn Taħt għall-Pjanijiet:
Il-porzjon diviż fil-livell elevat tal-art t'isfel, li jikkonsisti fi spazju mibni, li jkejjel madwar żewġ punt ħamsa u ħamsa metri kwadri ( 2.55m2 ), li jinkludi żona interna li tkejjel madwar wieħed punt tmien metru kwadru ( 1.81m2 ), u żona esterna li tkejjel madwar żero punt seba' u erba' metri kwadri ( 0.74m2 ), u li jifforma parti mill-appartament elevat tal-art t'isfel li jinkludi bitħa ta' wara u bitħa interna, internament innumerata wieħed (1), li tkopri tliet (3) garaxxijiet fil-livell semi-kantina u taħt l-appartament internament innumerat tnejn (2), li jifforma parti minn blokk ta' bini li għandhom daħla komuni bin-numru uffiċjali mija u ħamsa u sittin (165) u msemmi 'Ta' Martin Mansions', fi Triq San Martin, Żurrieq, liema blokk huwa mibni fuq il-plot numru tnejn (2) tal-art magħrufa bħala 'Ta' Sant Agatha'.
L-offerti jagħlqu fis-26 ta' Ġunju 2026 fl-10:00am. Il-persuna li tingħata l-offerta jkollha tħallas 10% tal-ammont offrut jekk il-kuntratt ma jiġix iffirmat.
Miżata ta' €50 għad-dokumenti tal-offerta.
Dan l-avviż huwa suġġett għad-dritt ta’ rifjut preferenzjali.
L-Awtorità tad-Djar tirriżerva d-dritt li tirrifjuta kwalunkwe offerta anke jekk tkun l-aktar vantaġġjuża.