Sir Sid Darek

L-Iskema Sir Sid Darek tinkoraġġixxi lill-inkwilini li jgħixu fi proprjetajiet eliġibbli ta’ housing soċjali biex jixtru d-dar tagħhom u jkomplu jużawha bħala r-residenza primarja tagħhom, u b’hekk isiru sidien tad-dar. 

Inkwilini b’assi li ma jaqbżux il-€150,000 huma eliġibbli għal sussidju ta’ 50% fuq il-prezz tal-bejgħ. Inkwilini li l-assi tagħhom jaqbżu dan il-limitu xorta jistgħu jixtru r-residenza tagħhom bi prezz kummerċjali mingħajr ma jibbenefikaw mis-sussidju.

10Y

Qabel ma l-proprjetà tkun tista' tiġi ttrasferita

<€150k

Assi tal-applikanti biex jibbenefikaw mis-sussidju

50%

Sussidju fuq il-prezz tal-proprjetà li trid tinxtara

25%

Piena fuq il-valur tas-suq għal dikjarazzjoni falza