Riġenerazzjoni tad-Djar Soċjali fil-Gudja

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBIL

Riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Gudja .

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar li l-proġett ta’ riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali fil-Gudja tlesta. Implimentat f’żewġ blokki b’daħliet separati, il-proġett qed itejjeb l-ambjent residenzjali għal aktar familji.

Id-dettalji tal-proġett ingħataw waqt żjara mill-Ministru Galdes, li spjega li x-xogħlijiet saru b’investiment ta’ aktar minn €100,000. Huwa nnota li l-Gvern qed ikompli jinvesti mhux biss fid-djar iżda wkoll fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-familji u l-komunitajiet li jgħixu fihom.

“Proġetti ta’ riġenerazzjoni bħal dawn jagħmlu differenza tanġibbli fil-ħajja ta’ kuljum tal-familji li jgħixu f’dawn il-komunitajiet, f’dan il-każ fil-komunità Għawdxija,” qal il-Ministru Galdes. Huwa fakkar ukoll li l-proġett tal-Gudja huwa parti minn sensiela ta’ proġetti ta’ riġenerazzjoni, kemm dawk kompluti kif ukoll dawk li għadhom għaddejjin, inkluż fil-Mosta, Ta’ Ġiorni, iż-Żejtun, il-Ħamrun, Santa Luċija, Raħal Ġdid u Tarxien. Dawn il-proġetti qed jitwettqu mill-Awtorità tad-Djar flimkien ma’ Housing Projects Solutions Ltd.

Il-Ministru Roderick Galdes ikkonkluda li dawn il-proġetti jirriflettu l-viżjoni u l-impenn tal-Gvern biex jgħolli l-istandards tal-akkomodazzjoni soċjali u jsaħħaħ aktar il-benesseri tal-familji.