L-Awtorità għad-Djar Tintroduċi l-GIS

L-Awtorità għad-Djar reċentement daħlet fi ftehim mal-MITA biex tintroduċi l-GIS (Sistemi ta’ Informazzjoni Ġeografika). Din l-applikazzjoni tas-software twassal għal rappreżentazzjoni viżiva ċara tad-data spazjali fuq mappa, li tippermetti lilli-impjegati tal-Awtorità jaraw, janalizzaw u josservaw faċilment ix-xejriet.

Din it-teknoloġija tippermetti ppjanar, u ġestjoni aħjar u fuq kollox teħid ta’ deċiżjonijiet f’firxa wiesgħa ta’ oqsma inklużi l-ippjanar urban u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali, it-trasport u l-aktar importanti – l-Akkomodazzjoni. Bl-użu tas-GIS, l-Awtorità hija mħejjija biex tieħu l-operat tagħha għal-livell li jmiss billi ttejjeb il-ġestjoni tal-Istokk tal-Akkomodazzjoni tagħha u tosserva u żżomm il-bilanċ fil-Land Ownership Boundaries. Il-GIS se tippermetti wkoll lill-Awtorità tieħu deċiżjonijiet ibbażati fuq id-data billi tidentifika xejriet emerġenti fir-rigward tad-Domanda għall-Akkomodazzjoni, Fatturi ta' Kontribuzzjoni u Relazzjonijiet Spazjali.

IL-GIS hija pass ieħor 'il quddiem lejn it-trasformazzjoni diġitali kontinwa li qed tħaddan l-Awtorità. L-introduzzjoni tal-GIS tkompli tersaq viċin l-għan tal-Awtorità, dak ta’ ġestjoni u għarfien tad-data mtejba biex jixprunaw deċiżjonijiet infurmati.

Taħriġ speċjalizzat se jiġi offrut ukoll lill-impjegati kollha li se jkunu qed jużaw is-sistema - li hija mistennija tibda topera bis-sħiħ fil-ġimgħat li ġejjin. Din l-għodda ġiet żviluppata minn ESRI – kumpanija  globali fis-Suq tas-Software GIS u hija operata mill-MITA, fi ħdan entitajiet kollha tal-Gvern.