L-Awtorità tad-Djar qed tfittex timpjega persuni motivati fil-pożizzjoni msemmija hawn fuq, fuq kuntratt indefinit.
L-applikanti meħtieġ minnhom il-ħila li jaħdmu b'mod indipendenti, kollaborattiv u f'ambjent dinamiku. Hu meħtieġ ukoll li juru l-ħila li jipprijoritizzaw ix-xogħol u jaħdmu fuq diversi proġetti, fl-istess ħin, b'mod effettiv. Din il-pożizzjoni magħmula għal individwi b'impenn qawwi għall-ħidma f'tim u l-kooperazzjoni u l-ħila li jinteraġixxu mal-ħaddiema kollha fi ħdan l-Awtorità.
Il-Perit għandu jifforma parti minn tim dedikat għall-implimentazzjoni ta' xogħlijiet jew proġetti kontinwi li qed jitwettqu mill-Awtorità.
Jekk jogħġbok agħfas hawn biex tniżżel il-pożizzjoni.