Uffiċjal II

L-Awtorità tad-Djar qed tfittex li timpjega persuni motivati u affidabbli biex jimlew il-pożizzjoni msemmija hawn fuq, fuq bażi ta' kuntratt indefinit.
L-impjegati magħżula se jkunu parti minn tim li jwettaq xogħol relatat ma' spezzjonijiet tal-proprjetà, investigazzjonijiet u konformità, u dmirijiet amministrattivi tal-uffiċċju.
Dan ix-xogħol jeħtieġ kunfidenzjalità stretta, komunikazzjoni eċċellenti u ħiliet interpersonali, flimkien ma' etika tax-xogħol b'saħħitha. L-applikant irid jaħdem b'mod indipendenti, kollaborattiv u f'ambjent dinamiku. Se jkun meħtieġ li tintwera l-abbiltà li jiġi prijoritizzat ix-xogħol, u li wieħed ikun kapaċi jaħdem fuq aktar minn tip ta' xogħol wieħed fl-istess waqt, b'mod effettiv. Din il-pożizzjoni tgħodd għal individwi li għandhom impenn qawwi lejn ħidma f'tim, il-kooperazzjoni u l-kapaċità li jinteraġixxu mal-ħaddiema kollha fi ħdan l-Awtorità.

Jekk jogħġbok agħfas hawn biex tniżżel il-pożizzjoni.