Uffiċjal Anzjan (Saħħa u Sigurtà)

L-Awtorità tad-Djar qiegħda tfittex persuna motivata biex timla l-
pożizzjoni msemmija fuq bażi ta’ kuntratt indefinit. L-impjegat reklutat se jkun
assenjat dmirijiet relatati mas-Saħħa u s-Sigurtà fi ħdan l-Awtorità fl-aspetti
kollha inklużi l-konformità mal-leġiżlazzjoni u l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà, sabiex
jiġu ssalvagwardjati l-impjegati fil-post tax-xogħol.

L-applikanti mistennija jaħdmu b'mod indipendenti, kollaborattiv u f'
ambjent dinamiku. Se jkun meħtieġ li juru ħila biex jipprijoritizzaw l-ammont ta’ xogħol,
filwaqt li jaħdmu fuq diversi proġetti fl-istess ħin, b'mod effettiv. Din il-pożizzjoni hija magħmula għal individwi b'
impenn qawwi għall-ħidma f'tim, it-tmexxija u l-kooperazzjoni u l-ħila li jimmaniġġjaw u
jinteraġixxu mal-ħaddiema kollha fi ħdan l-Awtorità.

Jekk jogħġbok agħfas hawn biex tniżżel il-pożizzjoni.