OFFERTA GĦALL-BEJGĦ TALE QUALE TA’ ŻONA BIL-ĦAMRIJA – Żurrieq – Lulju 2025 – Magħluqa

Ara l-Offerti:

Avviż 7/2025

L-Awtorità tad-Djar tilqa’ offerti permezz ta’ sejħa għall-offerti mill-pubbliku għal DEPOŻITU F’KAXXA TAL-OFFERTI
OFFERTA GĦALL-BEJGĦ TALE QUALE TA’ ŻONA BIL-ĦAMRIJA

Agħfas Hawnhekk Għal Aktar Informazzjoni

Agħfas il-ħolqa ta' Hawn Taħt għall-Pjanijiet:

Avviż 7/2025

Il-biċċa maqsuma, li tikkonsisti fi spazju mibni, b'kejl bejn wieħed u ieħor ta' 1.8m2 u tifforma parti mill-penthouse li tinsab fit-tielet sular, internament innumerata erbgħa (4), bl-arja, flimkien mat-terazzini ta’ quddiem u bl-arja tagħhom ukoll, tifforma parti minn blokka ta’ bini li għandha daħla komuni. In-numru uffiċjali  tal-binja huwa dak ta' 165 u hija msemmija ‘Ta’ Martin Mansions’, fi Triq San Martin, iż-Żurrieq.

L-offerti jagħlqu fil-25 ta’ Lulju 2025 fl-10:00am. Il-persuna li tingħata l-offerta trid tħallas 10% tal-ammont offrut jekk il-kuntratt ma jiġix iffirmat.

Miżata ta' €50 għad-dokumenti tal-offerta.

Dan l-avviż huwa suġġett għad-dritt ta’ rifjut preferenzjali.

L-Awtorità tad-Djar tirriżerva d-dritt li tirrifjuta kwalunkwe offerta anke jekk tkun l-aktar vantaġġjuża.