Għotja fuq l-Ewwel Residenza

Għotja fuq l-Ewwel Residenza

L-għan tal-Iskema

L-Iskema ta’ Għotja għall-Ewwel Residenza tipprovdi appoġġ finanzjarju lil dawk li qed jixtru dar għall-ewwel darba malli jlestu l-ewwel dar tagħhom billi tkopri perċentwal tar-riċevuti fiskali sottomessi għal xogħlijiet ta’ finitura jew ta’ kostruzzjoni. 

Taħt din l-iskema, l-applikanti jistgħu jirċievu għotja sa €5,824, b’€1,165 addizzjonali disponibbli għal xogħlijiet fuq proprjetajiet mibnija qabel l-1990. 

 

Sidien tal-ewwel residenza li jeħtieġu jibnu kmamar addizzjonali jew jagħmlu tibdiliet fil-proprjetà tagħhom minħabba żieda fil-membri tal-familja jistgħu japplikaw ukoll. 

>24Y

L-età tal-applikant

   1° 

Il-proprjetà trid tkun l-ewwel residenza

2X

L-għotja titħallas fuq żewġ pagamenti

€5.8k

Għotja massima