L-għan tal-Iskema
L-Iskema Sir Sid Darek tħeġġeġ lill-kerrejja li jgħixu fi proprjetajiet ta’ akkomodazzjoni soċjali eliġibbli biex jixtru darhom u jkomplu jużawha bħala r-residenza primarja tagħhom, u b’hekk isiru sidien ta’ djar.
Kerrejja b'assi li ma jaqbżux il-€150,000 huma eliġibbli għal sussidju ta' 50% fuq il-prezz tal-bejgħ. Kerrejja li l-assi tagħhom jaqbżu dan il-limitu xorta jistgħu jixtru r-residenza tagħhom bi prezz kummerċjali mingħajr ma jibbenefikaw mis-sussidju.
10Y
Qabel ma l-proprjetà tkun tista' tiġi trasferita
50%
Sussidju fuq il-prezz tal-proprjetà li għandha tinxtara
25%
Penali fuq il-valur tas-suq għal dikjarazzjoni falza
<€150k
Assi tal-applikanti li jibbenefikaw mis-sussidju