L-għan tal-Iskema
B'kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali, l- Awtorità tad-Djar toffri għotjiet sa €6,000 lil kerrejja ta' akkomodazzjoni soċjali għar -rinnovazzjoni ta' partijiet komuni permezz tal-iskema 'Il- Binja Tiegħi , id-Dar Tiegħi ' . Biex jibbenefikaw minn din l-iskema, il-kerrejja jridu jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti u jikkuntattjaw direttament lill-kunsill lokali tagħhom.