Introduzzjoni ta' 'Care Plan' għall-Applikanti u l-Benefiċjarji tal-Akkomodazzjoni Soċjali

Wara li s-sena l-oħra l-Awtorita’ tad-Djar nidiet il-programm tal-‘care plan’ b’kollaborazzjoni ma’ l-Universita’ ta’ Malta, professjonisti fil-qasam soċjali fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar bdew isegwu 28 inkwilin li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali. Dawn il-każijiet ġew magħżula wara li ġew innutati nuqqasijiet bħal arretrati fil-ħlas tal-kera jew tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma, imġieba ħażina u nuqqas ta’ manutenzjoni fir-residenza. L-inkwilini ġew segwiti regolarment permezz ta’ telefonati, emails u żjarat fir-residenza tagħhom skond il-każ. Il-monitoraġġ u għajnuna individwaliżżata mogħtija għenu sabiex 27 inkwilin irregolariżżaw il-pożizzjoni tagħhom. Din l-esperjenza serviet ukoll sabiex il-programm tal-‘care plan’ seta’ jiġi mfassal b’mod iżjed dettaljat.

Fix-xhur u s-snin li ġejjin il-programm tal-‘care plan’ se jiġi estiż għall-applikanti fuq il-lista ta’ stennija għal akkomodazzjoni soċjali u għall-inkwilini kollha li għandhom bżonn dan is-servizz. B’hekk tkompli tiġi msejsa l-politika ta’ l-Awtorita’ tad-Djar li toffri mhux biss dar lil kull min għandu bżonn iżda wkoll l-għodda kollha meħtieġa biex l-inkwilini jkunu jistgħu jgħixu fid-dar mogħtija. L-Awtorita’ tad-Djar ħarġet ‘Expression of Interest’ sabiex tikseb is-servizzi ta’ professjonisti fil-qasam soċjali biex jwettqu l-‘care plan’ ma’ l-applikanti u l-inkwilini. Professjonisti mħajra joffru dan s-servizz huma mħeġġa japplikaw mill-aktar fis peress li s-sejħa tagħlaq fil-15 ta’ Novembru.

Fix-xhur u s-snin li ġejjin il-programm 'care plan' se jiġi estiż għall-applikanti fuq il-lista ta' stennija għall-akkomodazzjoni soċjali u għall-inkwilini kollha li għandhom bżonn dan is-servizz. B'dan il-mod tkompli titwaqqaf il-politika tal-Awtorità tad-Djar li toffri mhux biss dar lil kull min għandu bżonnha iżda wkoll l-għodda kollha meħtieġa sabiex l-inkwilini jkunu jistgħu jgħixu fid-dar partikolari. L-Awtorità tad-Djar ħarġet 'Espressjoni ta' Interess' sabiex tikseb is-servizzi ta' professjonisti fil-qasam soċjali biex iwettqu l-'care plan' mal-applikanti u l-inkwilini. Professjonisti interessati li joffru dan is-servizz huma mħeġġa japplikaw malajr kemm jista' jkun hekk kif is-sejħa tagħlaq fil-15 ta' Novembru.