Uffiċjal Anzjan (Quantity Surveyor / Persuna li tfassal)

L-Awtorità tad-Djar bħalissa qed tfittex li timpjega persuni motivati biex jimlew il-kariga fil-pożizzjoni ta’ hawn fuq - fuq bażi ta’ kuntratt indefinit. L-impjegat magħżul mistenni jaħdem f'tim li jimplimenta l-programm ta’ installazzjoni tal-liftijiet tal-Awtorità fi blokok tal-Gvern.
L-applikant irid ikun kapaċi jaħdem b’mod indipendenti, kollaborattiv u f’ambjent dinamiku. L-applikant irid juri l-abbiltà li jipprijoritizza x-xogħlijiet filwaqt li jagħmel aktar minn tip ta' xogħol wieħed fl-istess waqt. Din il-pożizzjoni se tappella lill-individwi b’impenn qawwi għall-ħidma f’tim u l-kooperazzjoni u l-kapaċità li jmexxu u jinteraġixxu mal-ħaddiema mit-taqsimiet kollha tal-Awtorità.

Jekk jogħġbok agħfas hawn biex tniżżel il-pożizzjoni.