L-għan tal-Iskema
L-Iskema ta’ Kondiviżjoni tal-Ekwità tgħin lil individwi li għandhom 30 sena jew aktar li, minħabba l-età u d-dħul tagħhom, ma jistgħux jieħdu self għad-dar jew isibu li l-ammont li jikkwalifikaw għalih mhux biżżejjed biex jixtru r-residenza tagħhom mingħajr l-għajnuna tal-Awtorità tad-Djar.
Din l-iskema tipprovdi aċċess għal proprjetajiet b'valur sa €250,000. L-applikanti jridu jixtru mill-inqas 50% tal-proprjetà billi jużaw il-fondi personali tagħhom u self bankarju, filwaqt li l-Awtorità tad-Djar tkopri l-perċentwal li jifdal, li m'għandux jaqbeż il-€100,000. Wara 20 sena, l-applikanti jridu jixtru s-sehem tal-Awtorità tad-Djar bl-istess prezz li oriġinarjament ħallset l-Awtorità.
>30Y
L-età tal-applikant
10%
Depożitu li għandu jitħallas mill-applikant
20Y
Perjodu biex jinxtara lura s-sehem tal-Awtorità tad-Djar
€250k
Valur massimu tad-dar