L-għan tal-Iskema
L-Iskema - Għotja fuq l-Akkwist ta' Proprjetà Residenzjali hija maħsuba għal persuni li akkwistaw l-ewwel proprjetà tagħhom wara l-1 ta' Jannar, 2022. Din l-għotja, li se tammonta għal għaxart elef ewro (€10,000), se tingħata fuq perjodu ta' għaxar (10) snin lill-applikant li jkun akkwista proprjetà. L-għotja tingħata permezz ta' pagamenti ta' elf ewro (€1,000) darba fis-sena.
B'din l-iskema l-Awtorità tad-Djar se tagħti daqqa t'id liż-żgħażagħ fl-ewwel snin kruċjali wara li jkunu għamlu dan l-investiment importanti f'ħajjithom u b'hekk tħeġġiġhom isiru sidien ta' darhom.
>18Y
Sakemm persuna ma tkunx għandha diżabilità
10X
L-għotja titħallas fuq perjodu ta' għaxar snin
€10k
Għotja massima